It-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela żar lill-Forzi tal-Ordni, fosthom lill-Pulizija u lis-Suldati li bħalissa huma stazzjonati quddiem iċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.
Bħalissa ċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far jinsab mgħasses mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-pulizija 24 siegħa kuljum sakemm l-immigranti fiċ-ċentru jibqgħu jiġu ordnati biex joqogħdu fi kwarantina mandatorja.
B’effett immedjat mill-Ħadd filgħaxija, il-Ministru għall-intern Byron Camilleri ħabbar li r-residenti taċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far iridu joqogħdu kwarantina għal ġimagħtejn minħabba li kien hemm immigranti li ġew infettati bil-coronavirus. Bl-immigranti kkoperaw mal-awtoritajiet.
F’post il-Prim Ministru qal li huwa “kburi bihom”.
Ara aktar:
https://www.one.com.mt/2020/04/06/bil-filmat-prezenza-qawwija-tal-forzi-tal-ordni-barra-c-centru-miftuh-ta-hal-far-izda-kollox-jidher-taht-kontroll/