Fl-aħħar jum tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li vot b’saħħtu fit-8 ta’ Ġunju jfisser li l-għajnuniet kbar li qed jagħti l-Gvern jibqgħu fis-seħħ.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal dan f’attività politika f’Misraħ Mattia Preti fil-Belt Valletta.
Dr Abela semma kif il-Partit Nazzjonalista kull ma ħareġ bħala manifest kien faċċata waħda li ma tindirizzax diversi temi t’importanza għal pajjiżna, filwaqt li, bil-kontra ta’ dan, il-Partit Laburista ġie quddiem il-poplu b’manifest dettaljat għal kull lokalità u fuq livell Ewropew b’10 prinċipji ċari li l-Ewroparlamentari Laburisti se jaħdmu dwarhom.
Il-Prim Ministru temm jgħid kif il-Partit Laburista hu wieħed li jemmen fil-politika tal-inċentiv u stqarr kif l-għażla ta’ nhar is-Sibt hi bejn kontijiet ogħla jew ċekkijiet, inkella l-kastigi minflok l-inċentivi.
AQRA AKTAR: