“Kull wieħed minnha għandu jpoġġi l-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità bħala prijorità.”
Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Robert Abela waqt li indirizza Summit dwar l-edukazzjoni fi New York.
Summit li matulu l-mexxejja ta’ pajjiżi differenti tkellmu dwar l-impenn tagħhom biex jitrasformaw l-edukazzjoni sal-2030.
Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru tkellem dwar l-impenn li pajjiżna jħaddan sabiex jkompli jilħaq il-miri tiegħu fl-edukazzjoni. Huwa sostna li l-Gvern Malti huwa kommess li jsegwi l-implimentazzjoni tagħhom bil-għan li jħallu aktar riżultati pożittivi sal-2030.
Rigward l-edukazzjoni ta’ pajjiżna l-Prim Ministru rrimarka li hija inklussiva minn kull aspett.
“Our country’s education structure is inclusive in its very core by focusing on providing equal access to education for all and that includes the right to free state funded education from the earliest years all the way to tertiary education.”
Il-Prim Ministru rrefera għall-Politika Nazzjonali tal-Inklużjoni li qed tiġi implimentata f’pajjiżna favur aktar miżuri ta’ inklużjoni. Fil-fatt hawn semma kif pajjiżna investa fl-infrastruttura diġitali biex jiġi assigurat li l-istudenti jkollhom aċċess għall-edukazzjoni diġitali ta’ kwalità.
Dr Abela temm jgħid li bħala membru elett tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, Malta se tpoġġi bħala prijorità l-litteriżmu filwaqt li se tkompli taħdem biex tissalvagwardja d-dritt għall-edukazzjoni.
“As world leaders it is our duty to commit and encourage greater public engagement and support for this cause. If we succeed in transforming education, we will succeed in transforming our future.”