Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mas-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar inawgura l-uffiċċju ċentrali ta’ servizz.gov fil-Mosta.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal kif dan l-investiment huwa kruċjali għas-servizz pubbliku, hekk kif huwa parti mill-istrateġija tal-Gvern. Qal kif dan is-servizz huwa xhieda ta’ kemm dan is-servizz huwa viċin tan-nies. Il-Prim Ministru Abela spjega kif dan l-uffiċċju se jkun qed ikompli jagħti servizz ta’ kwalità, b’dan il-punt mhuwiex il-punt tal-wasla iżda tat-tluq.
Dr Abela stqarr: “Dan l-aħħar xhur kienu xempju ta kif inti l-flus li tkun ġemmajt bil-għaqal matul is-snin, tinvestihom fin-nies. L-investimentli sar illum fis-servizz pubbliku huwa investiment fin-nies, hekk kif dawn l-aħħar xhur tul il-pandemija, investejna fl-impjiegi tan-nies, investejna fin-negozji, kif żammejna n-negozji kollha ta’ pajjiżna u l-impjiegi salvagwardjati, hekk ukoll irridu nibqgħu ninvestu fis-servizz pubbliku, ninvestu fil-lum imma fuq kollox fl-10 snin li ġejjin.”
Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal kif dan l-investiment qed jimmira sabiex isir aktar titjib, sabiex ikun hemm servizz ta’ kwalità eċċellenti. L-għan ta’ dan l-investiment huwa sabiex ikompli jinfirex is-servizz u s-servizz ikun aktar viċin tal-klijenti.
Huwa qal: “Is-Servizz Pubbliku qed juri l-impenn tiegħu, jiġfieri meta qed nitkellmu fuq il-ġejjieni tiegħu. Meta nitkellmu fuq dan il-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju ċentrali, wieħed irid jiftakar li servizz.gov beda f’żewġt ikmamar ġol-Belt, bi tliet persuni u llum il-ġurnata nfirex u kiber, f’diversi hubs, diversi mobile apps, diversi online services li allura qed jagħti servizz impekkabli lill-klijenti.”
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ servizz.gov Massimo Vella qal kif dan is-servizz se jkun qed issaħħaħ is-servizz fi tlieta u għoxrin ċentru madwar Malta u s-servizz online jingħata 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.