Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen fi Brussel.
Waqt din il-laqgħa kordjali ġew diskussi l-aħħar żviluppi f’Malta b’rabta mal-governanza tajba u l-bidliet immedjati li saru f’pajjiżna.
L-immigrazzjoni kienet tema oħra fuq l-aġenda fejn kien hemm il-qbil dwar il-prinċipju li jinqasam il-piż bejn il-pajjiżi membri, anke għax l-istess Kummissjoni Ewropea qed taċċetta u tifhem il-pressjonijiet kbar li hemm fuq pajjiżi bħal Malta.
Iż-żewġ mexxeja temmew il-laqgħa fiduċjużi f’kolloborazzjoni eċċelenti bejn iż-żewġ partijiet.
Intant il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ wkoll mal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli.