Il-Prim Ministru Robert Abela u s-Sinjura tiegħu Dr Lydia Abela ltaqgħu mal-President George Vella u s-Sinjura Vella fejn Bieb il-Bombi sabiex flimkien ma’ diversi Deputati Parlamentari, miż-żewġ naħat tal-Kamra jimxu sa Pjazza San Ġorġ, biex itemmu din l-edizzjoni tal-President’s Solidarity Fun Run.