Il-Prim Ministru Robert Abela beda t-tieni ġurnata tiegħu bħala Prim Ministru billi ltaqa’ ma’ grupp tfal mill-iskola primarja tal-Imqabba li nzertaw kienu fi pjazza Kastilja.
Filwaqt li tkellem ma’ diversi minnhom Abela stieden lill-klassi sħiħa sabiex jidħlu miegħu sabiex iżuru l-berġa ta’ Kastilja.