Sal-lum, f’pajjiżna ngħataw miljun doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19.
Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.
Dr. Abela tenna li din il-kisba kbira setgħet issir minħabba d-deċiżjonijiet ambizzjużi f’waqthom li ħa l-Gvern.
Il-Prim Ministru rringrazzja wkoll lil eluf ta’ ħaddiema li qed jgħinu fl-amministrar tal-programm ta’ vaċċinazzjoni, hekk kif din il-kisba setgħet issir grazzi għalihom.
Intant huwa għalaq b’appell hekk kif sostna li din il-kisba tkompli tissaħħaħ kemm-il darba aħna lkoll nieħdu ħsieb tagħna nfusna u għalhekk nkomplu nitlaqqmu bil-booster.