Fi tweet uffiċjali, il-Prim Ministru Robert Abela faħħar il-ħidma mill-aktar sfieqa tal-Korp tal-Korp tal-Pulizija.
Fisser kif dan l-iżvilupp fil-każ tal-omiċidju doppju f’Tas-Sliema huwa xhieda ta’ Korp tal-Pulizija mill-aktar effettiv u li fih jinkorpora uffiċjali li jistħoqqilhom kull rispett għal xogħlhom.
Major developments made by @MaltaPolice during today’s operation. This breakthrough proves that our Police Force is made up of hard-working officers who strive to serve and protect our people. These members and their families deserve our utmost respect. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) August 25, 2020
Intant il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri sostna li kien f’kuntatt mal-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jirringrazzjah ta’ din l-aħħar operazzjoni mill-Korp tal-Pulizija fejn fiha ġie arrestat is-suspettat ewlieni fl-omiċidju ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowsky.
Huwa wiegħed li bħala Ministru se jibqa’ jaħdem biex il-Pulizija jkollhom iktar riżorsi biex jinkisbu riżultati bħal dak ta’ llum.
https://www.facebook.com/DrByronCamilleri/posts/3290298747684309