Il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela, feraħ lill-Kanċillier il-ġdid tal-Ġermanja, Olaf Scholz.
Fi tweet fuq il-pjattaforma soċjali ta’ Twitter, Dr Abela żied jgħid li mistenni jara u jiltaqa’ ma’ Scholz fi Brussell il-ġimgħa d-dieħla għal-laqgħa bejn il-mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea, li flimkien jgħaqdu l-Kunsill Ewropew.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Scholz ġie kkonfermat bħala l-Kanċillier il-ġdid tal-Ġermanja l-Erbgħa filgħodu b’maġġoranza qawwija.