Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Portugall Antonio Costa meta llum ħa sehem f’summit tal-grupp Friends of Cohesion f’Lisbona fil-Portugall. Il-grupp huwa magħmul minn 17-il membru stat tal-Unjoni Ewropea fosthom Malta, li jemmnu li l-fondi ta’ koeżjoni m’għandhomx jitnaqqsu.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi bidliet sostanzjali għall-baġit li jmiss tal-Unjoni Ewropea, fost l-oħrajn tnaqqis fis-sostenn finanzjarju għall-politika ta’ koeżjoni.
Mal-Prim Ministru kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.