Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ewwel sessjoni tas-summit informali tal-Kunsill Ewropew li qed jattendi fis-Slovenja kienet produttiva.
Huwa tenna li dalgħodu l-mexxejja Ewropej se jkomplu bid-diskussjonijiet dwar temi ta’ importanza għall-popli Ewropej.
F’dan is-summit qed tiġi diskussa s-sitwazzjoni fl-Afganistan, wara li dan il-pajjiż spiċċa f’idejn it-Talibani.
Dan fir-rigward li x-xahar li għadda l-Unjoni Ewropea akkużat lill-Amerika li warrbet il-pajjiżi Ewropej.
Dan anke wara l-ftehim li sar bejn ir-Renju Unit, l-Amerika, l-Awstralja u l-Afganistan.
F’dan is-summit tal-Kunsill Ewropew qed jiġu diskussi wkoll ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea maċ-Ċina.
F’dan is-summit, mal-mexxejja Ewropej ser jingħaqdu wkoll il-mexxejja tal-Balkani, jiġifieri tal-Albanija, tal-Bosnja u Herzegovina, tas-Serbja, tal-Montenegro, tal-Maċedonja ta’ Fuq u tal-Kosovo.
Dan f’taħdidiet dwar tkabbir fin-numru tal-istati membri.