Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħat ma’ bosta mexxejja Ewropej li qed jattendu għal Summit tal-Komunità Politika Ewropea, ftit ’il barra mill-kapitali tal-Moldova, Chișinău.
Il-Prim Ministru Abela ltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru tal-Moldova Dorin Recean u mal-President tal-Kosovo Vjosa Osmani, fejn il-mexxejja tkellmu fuq bosta temi fosthom dwar l-aspirazzjonijiet taż-żewġ pajjiżi favur sħubija fl-Unjoni Ewropea.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prim Ministru Malti ntlaqa’ fis-Summit, mill-President tal-Moldova, Maia Sandu.