Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab għaddej bl-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fi Tripli, fil-Libja.
Huwa mistenni jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Gvern Libjan ta’ għaqda nazzjonali, Fayez al-Sarraj.
Iż-żewġ mexxejja mistennija jitħaddtu fuq l-immigrazzjoni, kwistjoni li parti mis-sors tagħha huma x-xtut Libjani.
Il-Prim Ministru Malti mistenni wkoll jitkellem ma’ uffiċjali oħra mill-Gvern Libjan li huwa rikonoxxut mill-Ġnus Magħquda.
F’ċirkostanzi staordinarji ta’ emerġenza ta’ saħħa pubblika, il-Gvern Malti għalaq il-portijiet kollha u filwaqt li l-Forzi Armati ta’ Malta baqgħu jsalvaw il-ħajjiet, l-immigranti ttieħdu fuq bastimenti tal-Captain Morgan, ‘il barra mill-ibħra territorjali ta’ pajjiżna.
Dan filwaqt li saru diversi talbiet lill-Unjoni Ewropea biex tasal soluzzjoni sensibbli biex il-piż tal-immigrazzjoni jinqasam bejn l-istati membri kollha.
Sa issa dawn l-immigranti għadhom jistennew soluzzjoni ta’ rilokazzjoni mill-Unjoni Ewropea.