Aktar kmieni llum il-Prim Ministru Robert Abela kellu telefonata mas-Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti, Pete Buttigieg.
Mill-ġdid il-Prim Ministru Robert Abela awguralu għall-ħatra tiegħu.
Huma ddiskutew il-viżjoni li għandhom għas-settur tat-Trasport, kif ukoll il-mira li għandhom sabiex naslu għall-ekonomija li taħdem b’inqas emmissjonijiet.
Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li hemm lok biex iż-żewġ pajjiżi jaħdmu iżjed flimkien.
Dr Abela nnota kif il-kisbiet li għamlet Malta fis-settur tad-Drittijiet Ċivili kienu nnutati wkoll fl-Istati Uniti.