Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fil-Kroazja għal laqgħa bejn numru ta’ mexxejja Ewropej. Dan fuq stedina tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel.
Aktar kmieni llum, il-President tal-Kunsill Ewropew faħħar lil Malta għall-impenn tagħha favur il-paċi bir-riżoluzzjoni tal-bieraħ, li għaddiet b’maġġoranza ta’ 12-il vot u tliet astensjonijiet fil-Kunsill tas-Siġurtà tal-Ġnus Magħquda, waqt li kompla kif l-organizzazzjoni internazzjonali issa trid taġixxi b’mod effettiv.