Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Vjenna għal laqgħa mal-Kanċillier tal-Awstrija Karl Nehammer. Il-laqgħa bilaterali fil-Kanċillerija Awstrijaka mistennija tiddiskuti diversi temi fosthom l-isfidi globali u ta’ sigurtà marbuta mal-kunflitt fil-Lvant Nofsani u l-gwerra fl-Ukrajna.
Mhux b’inqas iż-żewġ Mexxejja mistennija jitkellmu dwar setturi ekonomiċi bħall-farmaċewtika u l-Gaming. Dan apparti li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni u temi marbuta mal-Unjoni Ewropea mistennija wkoll iqumu fil-laqgħat.
Malta u l-Awstrija huma żewġ pajjiżi b’relazzjonijiet bilaterali b’saħħithom u għandhom interessi komuni fosthom iħaddnu n-newtralità fil-Kostituzzjoni rispettiva tagħhom.
Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru fi Vjenna hemm ukoll il-Ministri Ian Borg, Silvio Schembri u Byron Camilleri.