Fl-aħħar jum tas-summit tal-Kunsill Ewropew, il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela ddiskuta n-negozjati dwar il-baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin flimkien mal-pakkett ta’ rkupru filwaqt li tkellmu dwar xi sfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom.
Dan kollu ddiskutieh mal-Prim Ministru soċjalist tal-Isvezja Stefan Löfven fejn il-Prim Ministru Malti sostna li ser jibqa’ jaħdem biex in-negozjati jilħqu kompromess ġust bil-għan li l-Ewropa tirkupra mill-pandemija.
Mal-Prim Ministru Svediż, Dr Abela ddiskuta wkoll il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u s-saltna tad-dritt.
Talks in the margins of #euco with the #swedish socialist PM @stefanlofven on the #mff negotiations and the current stumbling blocks. We will remain seized in negotiations for a fair compromise for a strong #European recovery. Also discussed migration and rule of law matters – RA pic.twitter.com/kgazrnQOu1
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) July 19, 2020