L-aħħar indikazzjonijiet fl-elezzjonijiet parlamentari fl-Olanda juru illi l-Partit immexxi mill-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte kiseb l-aktar siġġijiet. Għalhekk, dan ifisser li Rutte – li ngħata r-raba’ mandat tiegħu – jista’ jifforma gvern ta’ koalizzzjoni ġdid.
Il-Partit Liberali ta’ Rutte kiseb 36 minn 150 siġġu, filwaqt li l-Partit Liberali l-ieħor kiseb 24 siġġu. Il-Partit tal-lemin estrem huwa proġettat li jirbaħ 17-il siġġu. Iż-żewġ partiti popolisti oħra tal-lemin ukoll huma maħsub li jmorru tajjeb.
Intant, il-partiti tax-xellug kellhom eżitu ħażin filwaqt li l-partit taċ-ċentru-lemin Kristjan tilef is-siġġijiet.
L-Olanda kellha tmur għall-elezzjoni hekk kif f’Jannar li għadda l-gvern ta’ Rutte kellu jirreżenja minħabba skandlu ta’ frodi.
Il-parteċipazzjoni f’din l-elezzjoni kienet ta’ 82.6%.