Fost l-impenji tal-Prim Ministru Joseph Muscat fl-Indja, kien hemm ukoll laqgħa maċ-Chief Minister tal-Istat ta’ Gujarat, Vijay Rupani.
Hawnhekk, il-Prim Ministru Muscat u l-Ministru Rupani tkellmu dwar possibilitajiet ta’ kooperazzjoni bejn Malta u dan l-Istat fl-Indja fosthom fis-setturi tal-farmaċewtika, l-avjazzoni u l-qasam marittimu.
Qabel din il-laqgħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim Ministru tal-Indja, Narendra Modi, tkellmu fost oħrajn dwar is-settur tal-innovzzjoni u l-qasam tal-teknoloġija tal-informattika u l-possibiltà ta’ koperazzjoni fil-qasam tal-blockchain.
Jakkumpanjaw lil Prim Ministru Joseph Muscat waqt din il-laqgħa kien hemm il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Chris Cardona, id-Deputat Parlamentari Robert Abela, il-Kummissarju Għoli Malti fl-Indja Stephen Borg u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/01/18/il-pm-joseph-muscat-flaqgha-bilaterali-mal-pm-tal-indja-narendra-modi/