Segwi dak li qed jiġri waqt iż-żjara tal-Prim Ministru Joseph Muscat fi Tripli. Il-Prim Ministru wasal Tripli biex jiltaqa’ mat-tmexxija tal-Gvern ġdid fil-Libja.
09:33
Bħalissa l-Prim Minstru wasal f’bażi militari fejn hemm l-Uffiċju tal-Prim Ministru Libjan. Laqgħa bejn żewġ naħat mistennija tibda fil-ħin li ġej. Aktar tard issir konferenza tal-aħbarjiet.
Aktar Kmieni
Il-Prim Minstru Malti huwa l-ewwel wieħed minn madwar id-dinja li mar jiltaqa’ mal-Gvern ġdid Libjan. Akkumpanjat mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, George Vella, uffiċjali oħra tal-Gvern u grupp ta’ ġurnalisti l-Prim Ministru qed jagħmel din iż-żjara fid-dawl li dejjem sostna l-importanza ta’ stabbiltà fil-Libja, kemm għall-Mediterran kif ukoll għal pajjiżna.
Il-qofol ta’ din iż-żjara ta’ ftit sigħat hija l-laqgħa mal-Prim Ministru Fayez Mustafa al-Sarraj li huwa l-Prim Ministru tal-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali skont il-ftehim iffirmat f’Diċembru tas-sena li għaddiet wara diskussjonijiet bl-involviment tan-Nazzjonijiet Magħquda. Sarraj huwa poltiku minn familja importanti fi Tripli u l-Gvern tiegħu għandu l-appoġġ tal-komunità internazzjonali. Għalkemm il-kunflitti interni għadhom ma waqfux, inkluż fl-aħħar jiem.