Fiż-żjara tiegħu fil-gżira Għawdxija l-Prim Ministru Joseph Muscat kien milqugħ min-numru sabiħ ta’ nies fil-lokalitajiet tal-Fontana, Kerċem u r-Rabat Għawdex.
Kienu bosta li ltqagħu mal-Prim Ministru u ħadu ritratt miegħu. Fil-Fontana huwa wkoll sab il-ħin jiltaqa’ u jitkellem ma’ numru ta’ dilettanti tal-festa li kienu qed jaħdmu fuq l-armar tal-festa fil-maħżen.
Ġimgħa qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew, il-Mexxej Laburista għat-tielet darba f’din il-kampanja elettorali mar Għawdex sabiex jiltaqa’ mar-residenti u jisma dak li għandhom x’jgħidu.
Il-Prim Ministru fil-vjaġġ tiegħu jkompli jħeġġeġ lil kull persuna sabiex jiġbru d-dokument tal-vot biex nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju jmorru jivvutaw għall-kandidati kollha Laburisti.