Waqt is-Summit Speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, il-Prim Ministru Malti Robert Abela ltaqa’ wkoll ma’ Michel Barnier, in-negozjant ewlieni tal-Unjoni Ewropea fil-ftehim wara Brexit mar-Renju Unit.
Fi tweet il-Prim Ministru Abela sostna fuq l-importanza li jkun hemm relazzjoni tajba bejn iż-żewġ partijiet bil-għan li jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-Unjoni Ewropea fi Brexit.
Dr Abela bħalissa jinsab fi Brussell għal summit ta’ jumejn tal-Kunsill Ewropew fejn il-mexxejja Ewropej fost oħrajn iddiskutew il-kwistjoni fil-Lvant tal-Mediterran b’mod partikolari r-relazzjonijiet mat-Turkija u t-tensjoni mal-Greċja u Ċipru dwar il-fruntieri marittimi u r-riżorsi tal-enerġija.
In the margins of #EUCO met @MichelBarnier, #EU negotiator with the UK. Explained the importance of having close relations between the two sides as well as of safeguarding the EU’s interest.- RA pic.twitter.com/AE0KyOLdOU
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) October 2, 2020
Intant il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew Helena Dalli. F’din il-laqgħa, il-Prim Ministru Abela rringrazzja lil Dalli tax-xogħol tajjeb li qed tagħmel fil-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-ugwaljanza.
Also in the margins of #EUCO, met MT #EU Commissioner @helenadalli and thanked her for the good work to ensure #EqualRights for all across the #EU. Making #Malta proud.@EU_Commission – RA pic.twitter.com/fqDgZtmzP3
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) October 2, 2020
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/10/01/fsummit-ewropew-il-prim-ministru-jghid-li-rridu-nharsu-lejn-mediterran-wiehed-inkluz-l-immigrazzjoni/