Fl-isfond tas-summit umanitarju li se jsir fit-Turkija bejn illum u għada l-Prim Ministru Malti qed jieħu l-okkażjoni biex iżomm taħdidiet qosra ma’ Prim Ministri minn madwar id-dinja.
Fl-aħħar sigħat kellu laqgħa qasira ma’ Antio Costa, il-Prim Ministru tal-Portugal, li wkoll huwa fost 130 mexxej li se jattendu dan is-summit importanti ħafna. Costa u Muscat iddiskutew temi marbuta mas-summit waqt laqgħa qasira fl-ajruport.
L-iskop ta’ dan is-summit, li għalih se jippartecipaw mexxejja minn diversi pajjiżi madwar id-dinja, is-soċjetà ċivili, NGOs nazzjonali u internazzjonali, komunitajiet affettwati u diversi stakeholders oħra, qed isir bil-għan li jiġu salvati aktar ħajjiet u jiġu esplorati innovazzjonijiet li jnaqqsu t-tbatija u jkunu ta’ sostenn għall-bniedem fi żminijiet ta’ kriżi.
Il-Prim Ministru jinsab akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri.