Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ ma’ wħud miċ-ċiklisti li se jkunu qed jagħmlu l-isfida tal-Life Cylce. Din l-isfida, it-18-il waħda tax-xorta tagħha, se ssir fis-Zambia u se ssir bejn it-13 u s-27 ta’ Lulju.
L-għaxar ċiklisiti, disa’ rġiel u mara, se jaqdfu 2,000 kilometru. Ilhom għaddejjin bit-taħriġ għal dawn l-aħħar 17-il ġimgħa. Il-Ħadd li għadda qadfu 160 fi tmien sigħat. L-ikbar sfida hija l-infrastruttura għax ħafna mill-uċuħ tat-toroq huwa żrar. Il-flus li se jinġabru se jmorru għar-renal unit u r-riċerka fuq il-mard tal-kliewi.
Il-Prim Ministru awguralhom u għamlilhom kuraġġ.