Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ lill-Prim Ministru Libjan Abdul Hamid Dbeibeh f’Kastilja.
Wara li ndaqqew l-innijiet taż-żewġ pajjiżi fi Pjazza Kastilja, mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta taħt sigurtà stretta, il-Prim Ministru Libjan daħal fil-berġa għal taħdidiet bilaterali mal-Prim Ministru Malti.
Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru Malti kien hemm id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Ministri Evarist Bartolo, Byron Camilleri u Silvio Schembri.
Intant, iż-żewġ Prim Ministri mistennija jindirizzaw lill-midja f’konferenza tal-aħbarijiet aktar tard għall-ħabta ta’ nofsinhar.