Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, diġa’ kien ċar li jrid li l-inkjesta maġisterjali dwar il-kumpanija Egrant tkun ippubblikata b’mod sħiħ.
Iżda, iktar minn hekk, il-Prim Ministru ilu ċar u on record għal bosta xhur jgħid li jekk tinstab nitfa’ verità dwar l-allegazzjoni li l-kumpanija hi ta’ xi ħadd mill-familja tiegħu jirriżenja.
Fi stqarrija dwar l-aħħar żviluppi fil-każ Egrant, il-Partit Laburista qal li jippretendi li ħaddieħor jagħmel l-istess.