Il-Prim Ministru tkellem dwar it-tixrid tal-video ‘kodard’ u appella li huwa fid-dmir tagħna li din il-persuna nuruha li hi mgħamlet xejn ħażin- hi hija l-vittma fakkar Muscat.
Fakkar kif iI-vittma tista tkun it-tifla tagħna, oħtna, martna u li l-persuna li għamel ħażin hu biss dak il-persuna ‘kodarda’ li ċċirkola l-video. Joseph Muscat appella lill-irġiel biex jikkundannaw dan l-abbuż- “l-abbuż jieħu wkoll din il-forma”.
Irridu nuru li dan il-pajjiż immatura, u għandna nkunu flimkien mal-inqas persuna fis-soċjeta.
“Din mhijiex soċjeta maskilista li l-mara tittratta u tħalliha f’ dan il-livell.”
Stqarr li kellu kuntatt mal-ġenituri ta’ din it-tfajla li qalulu li jħossuhom ħa jiġġennu.
Muscat serraħ ras dan il-ġenituri, u ġenituri oħra li jistgħu ikunu f’ din is-sitwazzjoni fil-futur li l-ġustizzja se tieħu l-passi kollha.
“Issa huwa ż-żmien tagħna bħala soċjeta li ma nwarrbuhiex imma nuru s-solidarjeta. Li tkun Kristjan ma jfissirx li tmur biss il-Knisja nhar ta’ Ħadd”
Muscat ammetta li hu ċert li l-fatt li Prim Ministru jitkellem fuq dan l-episodju taf tlissen kontroversja, iżda hu huwa Prim Ministru għal kull Malti u Għawdxi.