Il-BBC ġie Malta jirrapporta dwar il-qtil ta’ Daphne Carauna Galizia u għal darb oħra l-Prim Ministru, Joseph Muscat, kien disponibbli biex iwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti barranin.
Fost oħrajn kellu jwieġeb għal informazzjoni żbaljata li xerrdu nies tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista.
Fil-fatt, nies qrib il-Partit Nazzjonalista tkellmu mal-ġurnalist tal-BBC, John Sweeney, biex mal-barranin itennu l-argumenti politiċi ta’ Simon Busuttil u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.
Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, kien ċar ħafna meta tkellem dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.
Malta għandha l-iktar programm trasparenti ta’ ċittadinanza b’investiment.
“We dont sell passports. We have as other european jurisdictions. Ours is the most transparent. People can invest. Have residence and even citizenship”
Tkellem dwar il-gidba ta’ Daphne Caruana Galizia fil-konfront tiegħu u familtu b’rabta mal-kumpanija Egrant. (DCG)
“I read exactly what she said. First of all there isnt a shred of proof or truth. She based herself on a person and the account of this whistleblower is dubious. Whif of any evidence I would resign on the spot”, qal il-Prim Minsitru
Il-Prim Ministru reġa’ rrimarka dwar kif għadu jrid isir jaf jekk Caruana Galizia kinetx taf bil-gidba dwaru jew belgħetha għax tant xtaqet li kienet vera.
“I don’t know if she was saying about me was true or false. Whether she was part or whether she was fed by whistleblower or someone else. It fitted the narrative to put in”, qal Dr Muscat.
Fost suġġetti oħra Joseph Muscat wieġeb dwar allegazzjonijiet li Malta għandha problema b’ħasil ta’ flus.
Fisser kif Malta għandha l-istess sfidi ta’ pajjiżi oħra bħar-Renju Unit, il-Lussemburgu u l-Olanda.
Fuq kollox reġa’ kien pożittiv dwar Malta, il-pajjiż li jmexxi.
“Our success story as a country might not go down well with others. But it is a success story that will continue for a long time”, qal il-Prim Ministru.