Quddiem il-kriżi fl-Ukrajna u t-tensjonijiet mar-Russja u pressjonijiet fil-prezzijiet tal-ikel u l-enerġija, il-Prim Ministru wera l-impenn għal stabilità ta’ dawn il-prezzijiet f’pajjiżna.
Fi tweġibiet lill-ġurnalisti l-Prim Ministru semma għajnuna addizzjonali li ġiet approvata lbieraħ lir-raħħala għal ġwież u qed tiġi kkunsidrata għajnuna speċifika għal dawk li jrabbu t-tiġieġ.
Bi kliem meqjus iżda ċar, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Gvern għandu esperjenza ta’ sentejn pandemija biex jamministra sew quddiem kriżi fl-Ukrajna li tolqot l-Ewropa.
Qal li għalhekk il-poplu għandu deċiżjoni oħra quddiemu, dik li fis-26 ta’ Marzu jagħżel jew l-Oppożizzjoni li ġġib instabilità u firda jew dan il-Gvern li jassigura stabilità u serħan il-moħħ.