Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza s-seba’ u l-aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika bit-tema “Għid Tiegħek Dwar l-Ewropa”.
Dawn il-laqgħat ittellgħu f’lokalitajiet differenti fl-aħħar xhur bil-għan li persuni minn kull spettru tas-soċjetà jsemmgħu leħinhom u jaqsmu l-viżjoni tagħhom dwar l-Ewropa li jixtiequ jgħixu fiha.
F’indirizz skjett iżda ċar fil-messaġġ tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem iżjed biex tassigura futur bi kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Ewropej.
Intant, f’dawn is-seba’ laqgħat ipparteċipaw madwar 400 persuna.