L-Ispeaker tal-kamra tad-deputati flimkien mal-President tal-Kumitat Festi Nazzjonali, sellmu l-memorja tal-erba’ vittmi tas-Sette Giugno fuq il-qabar tagħhom fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Waqt din iċ-ċerimonja tpoġġew kuruni tal-fjuri fuq l-oqbra u nqrat silta mill-Evanġelju skont San Ġwann, li jitkellem dwar il-prinċipju li wieħed jagħti ħajtu għall-ħbieb tiegħu.
Tpoġġew ukoll fjuri f’isem il-qraba tal-vittmi ta’ dan l-episodju mdemmi fl-istorja ta’ Malta.
Intant fuq Twitter il-Prim Ministru Robert Abela, sellem il-memorja tal-erbat irġiel li aktar minn mitt sena ilu kienu fuq quddiem fil-ġlieda għall-ġustizzja soċjali u l-indipendenza.