Propju eżatt wara li fil-Floriana l-Prim Ministru ħabbar id-data tal-elezzjoni għas-26 ta’ Marzu li ġej, il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa tal-Kabinett fil-Berġa ta’ Kastilja.
Għal din il-laqgħa kien hemm il-Grupp Parlamentari Laburista kollu mistieden.
Fil-filmat jidher il-Prim Ministru ħiereġ minn Kastilja mal-Kap taċ-Ċivil, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar u membri tal-Gvern, propju fejn se jaqbad triqtu lejn il-Palazz ta’ Sant’Anton.
Aktar qabel, f’diskors b’saħħtu l-Prim Ministru qal kif se jkun qed imur għand il-President tar-Repubblika biex jagħtih parir ixolji l-Parlament u tissejjaħ elezzjoni ġenerali.
Hu u ħiereġ il-Prim Ministru ntlaqa’ b’ċapċip minn dawk li nġabru fi Pjazza Kastilja.