Ritratt storiku li ttella’ lbieraħ filgħaxija juri l-Prim Ministru Joseph Muscat f’ikla statali ad unur ic-CHOGM maġenb ir-Reġina Eliżabetta t-tieni.
Bosta kienu l-kummenti sbieħ li bdew jinkitbu fuq dan ir-ritratt anke minħabba l-fatt li ż-żewġ personalitajiet li jidhru fih jirrapreżentaw żewġ pajjiżi li għal bosta snin kienu viċin xulxin: Malta u l-Ingilterra.