Il-Prim Ministru Joseph Muscat beda l-vjaġġi marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea lbieraħ, fl-ewwel ġurnata l-Prim Ministru ltaqa’ mal-President Franċiż Francois Hollande kif ukoll mal-Prim Ministru tal-Irlanda Enda Kenny, li ilu jmexxi l-pajjiż mill-2011.
Fuq twitter, il-Prim Ministru stqarr li Malta u l-Irlanda għandhom l-istess ħsieb prattiku li dejjem ifittxu soluzzjonijiet Ewropej.
Ma setax jonqos li l-laqgħa tiffoka fuq il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u l-impatt qawwi ta’ din id-deċiżjoni fuq l-Irlanda. Ġew diskussa wkoll l-immigrazzjoni u l-governanza ekonomika u finanzjarja fil-kuntest tas-suq waħdieni.
Il-Prim Ministru qal li din il-laqgħa ikkonfermat li bejn iż-żewġ pajjiżi hemm ħafna punti konverġenti. “Malta u l-Irlanda għandhom l-istess ħsibjiet bħala żewġ stati membri prattiċi li dejjem interessati jfittxu soluzzjonijiet Ewropej”, qal il-Prim Ministru.
Dan huwa sinjal ċar ta’ iktar opportunitajiet biex Malta u l-Irlanda jaħdmu ma’ xulxin bħala żewġ pajjiżi kostrutttivi. F’dawn il-laqgħat ma’ pajjiżi influwenti tal-Unjoni Ewropea u oħrajn b’saħħithom fir-reġjun tagħhom, il-Prim Ministru qed ikun akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru Louis Grech, mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella u mis-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 Ian Borg.
Il-Prim Ministru issa jħalli Dublin fi trieqtu lejn Berlin fejn se jiltaqa mal-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel.
Meeting with @EndaKennyTD confirms #Malta + #Ireland are like minded, practical member states interested in finding European solutions -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) November 28, 201