Wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-każ Sofia ngħalqet, il-Prim Ministru kiteb ittra lill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg.
F’din l-ittra l-Prim Ministru talab lill-Avukat Ġenerali biex ikollu kopja tar-rapport finali tal-Inkjesta Maġisterjali b’rabta ma’ dan il-każ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’kummenti mal-ġurnalisti f’Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela qal li meta se jkollu dan ir-rapport f’idejh se jkun qed jippubblikah fl-intier tiegħu.
Ara aktar: