Il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar proposti apparti bidliet leġiżlattivi li saru, biex jiżdied l-għarfien u nkomplu niġġieldu realtajiet koroh bħall-istupru u l-femiċidju.
Fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru ltaqa’ ma’ numru ta’ persuni li jaħdmu fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza.
Matul il-laqgħa ġew diskussi r-realtajiet ta’ nisa li sfaw vittmi f’ċirkostanzi li kienu marbuta mal-ġeneru u l-femiċidju.
Il-Prim Ministru sostna li biex ikollna soċjetà aktar ġusta, jeħtieġ li jkompli jittejjeb dak li hemm stabbilit filwaqt li jittieħdu d-deċiżjonijiet neċċessarji, abbażi tad-djalogu, biex isir aktar.
Dr Abela stieden lill-attivisti u esperti biex wieħed jiddiskuti kif nistgħu nkomplu nsaħħu ħidmet pajjiżna mal-ħafna li diġà sar.