Fl-intervista li ta l-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela, ġiet spjegata f’aktar dettall il-miżura ta’ ta’ €500 għal 3 snin lil ġenituri ta’ tfal f’edukazzjoni post-sekondarja.
Miżura li tħabbret fil-Baġit għas-sena d-dieħla u li minnha sa tliet snin oħra se jgawdu mal-15,000 familja, b’nefqa ta’ €7.5 miljun.
Filwaqt li din l-allowance se jibqa’ jingħata sakemm it-tfal jibqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom u jkunu studenti full-time., il-Prim Ministru Robert Abela spjega wkoll kif minn din il-miżura se jkunu qed igawdu studenti li diġà jinsabu fit-tieni sena tal-edukazzjoni tagħhom f’livell post-sekondarju.