Waqt li kien qed jieħu sehem f’diskussjoni mal-atleta Neil Agius u l-imprenditriċi Donna Cardona, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-opportunitajiet li dan il-pajjiż qed jagħti biex persuna tkun tista’ twettaq il-ħolma tagħha.
“L-għajnuniet li nagħtu fuq l-għoti tal-art għal dawk l-attivitajiet li jikkwalifikaw, għax-xiri tal-apparat fejn għandek apparat li huwa meħtieġ, l-użu ta’ Fondi Ewropej jiġifieri għandna budget b’saħħtu li jiġu mobilizzati hemmhekk ukoll. L-għajnuna kostanti li tingħata jiġifieri dak li jkun min għandu ħolma verament naħseb wieħed mill-iktar pajjiżi li għandna inċentivi biex dak li jkun ngħinuh jimrah fil-ħolma tiegħu.”
Il-Prim MinistruREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kompliet issostni dan Donna Cardona u għaddiet suġġeriment fejn dawn l-għajnuniet kollha jiġu inkorporati fuq pjattaforma waħda.
“Jeżistu ħafna entitajiet Malta Enterprise, Trade Malta, Business First, ħafna entitajiet li joffru kemm grants kemm skemi, kemm sapport u mentorship, li xi kultant it feels a bit overwhelming għal min jixtieq jibda business jiġifieri forsi suġġeriment li nista’ ngħaddi huwa li ninkorporaw dawn is-servizzi kollha li huma eċċellenti, kulħadd qed jagħmel biċċa xogħol tajba ħafna.”
Donna Cardona
Dwar l-ambjent Neil Agius tkellem dwar il-fatt li għandhom bżonn jitwettqu inċentivi biex aktar persuni jsiru jħobbu l-baħar u n-natura.
Dr Abela semma pataflun ta’ proġetti dwar dan fosthom l-ispazji miftuħa, il-proġett tax-shore to ship, investiment f’enerġija rinnovabbli u r-riżorsa tal-baħar.
“Għamilna din il-projbizzjoni tal-plastik li jintuża darba waħda biss għax emmint dak li qed jgħid Neil, li aħna l-ambjent tagħna rridu nieħdu ħsiebu kemm jekk huwa l-baħar, u l-baħar jibqa’ dak il-fatt li jikkaraterizza l-ġmiel tal-gżejjer tagħna, li huwa attrazzjoni għat-turisti imma daqstant ieħor għall-poplu Għawdxi u Malti, li fix-xhur sbieħ tas-sajf, imur mat-tfal, ħin ta-rilassament, ħin tat-tgawdija, ħin fejn tista’ tgħid kelma mal-familja. Mela dik ir-riżorsa li rridu nibżgħu għaliha imbagħad l-ambjent fuq l-art.”
Il-Prim Ministru
Il-Prim Ministru temm jgħid li m’hawnx pajjiż ieħor li għandu s-saħħa tar-riżorsi umani bħal tagħna, u għalhekk li l-Gvern qed jara li jinvesti fin-nies u joħloq opportunitajiet biex jissarrfu f’ġid għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.
“Inħossni mċekken meta nara l-kobor ta’ dawn in-nies jiġifieri l-kobor ta’ poplu tagħna. Vera l-iżgħar stat membru fl-Unjoni Ewropea jien nemmen li m’hawnx pajjiż ieħor li għandu s-saħħa ta’ riżorsa umana li għandu pajjiżna. L-opportunitajiet quddiemna huma enormi, sta għalina imbagħad kif ħa nimmassimmawhom biex noħorġu l-aqwa għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.”
Il-Prim Ministru