F’attività politika f’Santa Venera, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela sema’ mingħand in-nies dwar diversi temi li jolqtuhom.
Edukatriċi faħħret l-inizjattiva ‘Stabbilta’ li daħlet fis-seħħ fi Frar.
“Fil-kategoriji kollha tista’ tgħid li l-konsumaturi jekk ikunu bilgħaqal jistgħu jħaddmu rashom u mhux biss igawdu minn dawn il-prezzijiet orħos, imma anki jtejbu saħħithom.”
Prof. Suzanne Piscop
Tkellem ukoll veterinarju, li nnota kif il-kors li għamel hu barra minn Malta, issa se jibda jiġi offrut f’pajjiżna.
“Issa smajna li fl-aħħar l-isptar se jinfetaħ u mhux talli hekk, l-isptar ħa jsir learning hospital, jiġifieri jkun hemm tagħlim fih għaliex smajna wkoll li ħa jsir il-kors tal-veterinarji f’Malta.”
Gareth Grech
Tkellmet ukoll studenta Universitarja, li nnotat kif l-istipendju qed jiżdied sena wara oħra.
“Lura fl-2022, kellna stipendju ta’ €91.75, illum il-ġurnata qed nibbenefikaw minn stipendju ta’ €113.35. Jiġifieri f’temp ta’ tliet snin żieda ta’ aktar minn €20 fix-xahar.”
Svetlana Falzon
Eks tarznar qasam l-esperjenza tiegħu dwar l-inġustizzji tal-passat u Dr Abela spjega li l-Gvern ma setax jibqa’ ċass quddiem dawn ir-realtajiet.
Dwar is-suq tal-kera, il-Prim Ministru tenna li l-Gvern jibqa’ impenjat li jsaħħu u jipproteġi d-drittijiet tal-partijiet kollha involuti.
Dwar l-isport, Dr Abela fakkar kif il-Gvern wettaq bosta proġetti infrastrutturali biex isaħħaħ is-settur.
Il-Prim Ministru temm l-attività f’Santa Venera b’dan il-messaġġ.
“U fit-8 ta’ Ġunju hemm deċiżjonijiet ċari li kull wieħed u waħda minnkom iridu jieħdu. Jekk aħniex se nibqgħu mexjin f’dit-triq tas-suġġetti li tħaddidna llejla, nindirizzaw ir-realtajiet tan-nies u naġixxu dwarhom. Jew aħniex se nħallu dak l-establishment, li kif smajna ħoloq inġustizzji mal-poplu. Ħoloq inġustizzji fuq inġustizzji, ħoloq piżijiet fuq il-poplu tagħna u ħalla l-poplu għal rieħu. Mela l-għażla fit-8 ta’ Ġunju, ma kull li jgħaddi qed tassumi dimensjoni dejjem akbar.”
Il-Prim Ministru Robert Abela