Il-Prim Ministru Robert Abela żar iċ-ċentru tal-vaċċinazzjoni fl-Università ta’ Malta hekk kif bħalissa qed tingħata d-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.
S’issa diġà ngħataw ‘l fuq minn mitt elf doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Il-Prim Ministru enfasizza l-importanza li kulħadd jieħu din id-doża hekk kif l-istudji tal-esperti jixhdu l-ġid tad-doża addizzjonali kontra l-Covid-19.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne kompla ma’ dan l-appell.
Intant, minn nhar it-Tnejn li ġej, id-doża addizzjonali ser tibda tingħata lil persuni li għandhom ’l fuq minn 50 sena.
Waqt iż-żjara tal-Prim Ministru kien hemm il-koordinatur fiċ-Ċentri tal-Vaċċinazzjoni, Jurgen Souness, li spjega kif numru ta’ studenti Universitarji qed jagħtu daqqa t’id fl-għoti ta’ dawn id-dożi: “L-Università qed ikollna studenti tal-mediċina, studenti tad-dentistrija u anki tan-nursing. Dawn qed jiġu hawnhekk b’mod volontarju flimkien ukoll mal-Volserv u qed jagħmlu dan bejn lezzjoni u oħra, fejn qed jiġu jagħtu ftit siegħat li jkunu jistgħu biex kemm jista’ jkun ntellgħu r-rata tat-tilqim f’Malta.”