F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar sett ta’ proposti ġodda għat-tfal u l-familji.
Il-Prim Ministru qal li jekk jingħata l-fiduċja, Gvern ġdid immexxi minnu se jżid iċ-children’s allowance b’€90 għal ħames snin għal total ta’ €450 tul il-leġislatura għal kull wild.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan filwaqt li l-bonus għal kull wild se jitla’ għal €500.
Dan japplika wkoll għal kull addozzjoni.
L-in-work benefit se jiżdied b’€200 ukoll tul il-leġislatura kollha.
Dan flimkien mas-servizz taċ-childcare b’xejn għat-tfal kollha irrispettivament il-ġenituri tagħhom jaħdmux jew le.
Segwi: