Waqt sessjoni ta’ mistoqsija u tweġiba fl-Imsida, lill-Prim Ministru saritlu mistoqsija minn għalliem tal-edukazzjoni fiżika li rrimarka u nnota t-tisħiħ fil-pagi tal-edukaturi jekk il-Partit Laburista jingħata l-fiduċja fis-26 ta’ Marzu li ġej.
Robert Abela tkellem dwar il-viżjoni tal-Partit Laburista li l-familji kollha jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar, billi jdaħħal kultura li l-isport ikun parti integrali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum sa minn età żgħira.
Din se timmarka l-qabża li jmiss fl-isport.
Hawn semma li fl-iskejjel ikun hemm lezzjoni tal-edukazzjoni fiżika ta’ kuljum għat-tfal.
