Il-Prim Ministru Joseph Muscat ippreseda f’Ateni l-iffirmar ta’ ftehim bejn il-kumpanija tal-farmaċewtika b’sidien Palestinjani u bbażata f’Malta, Pharmacare Premium, u l-kumpanija ewlenija Griega fl-istess qasam, Genepharm.
Iż-żewġ kumpaniji se jkunu qed jikkoperaw flimkien sabiex ikunu żviluppati żewġ mediċini ġeneriċi fil-qasam tal-kura tal-kanċer, bil-mira tkun li dawn il-mediċini jkunu esportati fuq bażi globali.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat filwaqt li feraħ liż-żewġ kumpaniji għal dan il-ftehim bejniethom, qal li dan il-ftehim huwa eżempju ħaj ta’ koperazzjoni Mediterranja u tħalli l-frott lil kulħadd.
Iċ-Chairman u Kap Eżekuttiv ta’ Pharmacare Premium Malta, Bassim Khoury, irringrazzja lil Prim Ministru Joseph Muscat tal-ħidma u l-għajnuna li l-Gvern jagħti lin-negozji u saħaq kif Malta huwa tassew pajjiż pro-business.
Preżenti għall-iffirmar kien hemm ukoll Dr Nabil Shaath, mibgħut tal-President Palestinjan, Mahmoud Abbas.