Il-Prim Ministru Joseph Muscat reġa insista li l-eks Kap Nazzjonalista, illum deputat, Simon Busuttil għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika wara li bbaża l-kampanja tiegħu fuq l-akbar gidba politika fl-istorja politika ta’ pajjizna
L-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja ikkonfermat li Simon Busuttil kien qed jigdeb meta kien qed jirrepeti li l-Kumpanija Egrant hija jew tal-Prim Ministru jew nkella ta’ xi ħadd mill-familja tiegħu.
Il-Prim Ministru qal dan meta kien qed iwieġeb il-misoqsijiet tal-ġurnalisti fi tmiem żjara li għamel fl-MCAST.
Jum wara li fil-Parlament Simon Busuttil qal li huwa kburi b’dak li għamel, u rrepeta l-gidba iċċertifikata Egrant, il-Prim Ministru reġa’ wera d-dispjaċir tiegħu għal dan.
B’umiltà, għal darba darbtejn, skuża ruħu għat-ton tiegħu li uża t-Tlieta fil-Parlament, iżda fisser kif dan huwa suġġett emozzjonanti għalih hekk kif jiftakar minn xiex għaddew minnhu hu, martu, u wliedhom.
Iżda Simon Busuttil, li fil-Parlament tilifha bl-ikrah u deher b’attitudni agressiva, ma għamel l-ebda apoloġija.
Meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Prim Ministru fisser kif għandha tibda d-diskuzzjoni dwar jekk il-Membri Parlamentari għandhomx ikunu full-time.