F’Birkirkara quddiem folla sabiħa li nġabret, il-Prim Ministru Robert Abela nnota proposta ta’ Bernard Grech dwar il-kirjiet protetti ta’ qabel l-1995.
Il-Prim Ministru nnota li l-Kap tal-Oppożizzjoni, li qed jaspira li jmexxi lil Malta, irid iħott riforma fil-kirjiet li biha l-Gvern ipproteġa l-interessi tas-sidien u l-inkwilini.
Il-Prim Ministru kkwota mill-manifest elettorali nnifsu tal-Partit Nazzjonalista u rrimarka li għal Bernard Grech, dawk l-inkwilini li l-Gvern ipproteġihom biex ma togħlilhomx il-kirja, se jillimitalhom l-għajnuna li tahom il-Gvern għal tliet snin.
Dan filwaqt li l-Gvern tahom din l-għajnuna għal dejjem u mhux b’aġġustamenti ’l isfel.

Il-Prim Ministru qal li mbagħad il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech jrid li l-piż ’il fuq tal-kirja, iridu jerfgħuh l-inkwilini.
Dan għall-kuntrarju ta’ Gvern Laburista li ta garanzija li l-piż tal-kirja miżjuda se jħallasha kollha kemm hi l-Gvern.
Il-Prim Ministru qal li l-Partit Laburista ta l-protezzjoni lill-inkwilini li ma jiġux żgumbrati u għamel ġustizzja wkoll ma’ sid il-kera.