Fir-replika tiegħu b’rabta mal-Baġit bit-tema ‘Malta Ġusta,’ il-Prim Ministru Robert Abela tenna kif il-Baġit għas-sena d-dieħla reġa’ offra ċertezza u stabbiltà.
Dan b’mod partikolari grazzi għall-miżuri soċjali li jinkludi l-Baġit u li se jkomplu jħallu aktar flus fil-bwiet tan-nies.
“Għaliex nafu kif nmexxu ġejna hawn u qed nitkellmu fuq l-ikbar żieda li qatt tajna fil-pensjonijiet. Tmienja u sebgħin miljun ewro żidiet fil-pensjonijiet. Nitkellmu fuq titjib fl-in-work benefit, child bonus aktar b’saħħtu u dħul tal-allowance soċjali għal dawk li jibqgħu jistudjaw post-sekondarja. Tmien miljun ewro oħra fi bwiet in-nies. Nitkellmu fuq l-akbar programm ta’ sostenn soċjali li ddaħħal minn Gvern Laburista f’dawn I-aħħar snin, il-mekkaniżmu addizzjonali kontra I-inflazzjoni. Sitta u għoxrin miljun ewro. U għal darboħra mhux soppa imsaħħna kif qalila hadd ieħor, Sur President. Aħna se nerġaw nagħtu ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa. Sitta u għoxrin miljun ewro oħra hemmhekk. Sur President għalhekk fid-dawl, għalhekk li kontra l-ispiża tal-inflazzjoni aħna qed inmorru quddiem b’wiċċna minn quddiem il-poplu u nagħtuh dan il-pakett soċjali b’saħħtu ta’ aktar minn mija u ħamsin miljun ewro.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Dr Abela nnota wkoll il-politika tal-Oppożizzjoni b’rabta mat-taxxi fuq iż-żidiet.
“Bil-miżuri li ħa dan il-Gvern, mhux biss il-COLA mhux se tkun intaxxata tal-pensjonanti imma ż-żidiet kollha li rċievew il-pensjonanti. Ifisser li bil-proposta tiegħek, iż-żieda addizzjonali li tajna lir-romol fuq il-ħmistax-il ewro żieda, tintaxxahilhom. Ifisser li tintaxxa wkoll dik iż-żieda li tajna lill-pensjonanti ta’ qabel li twieldu l-elf disa’ mija u tnejn u sittin biex nirranġaw l-anomalija li ħloqtu inthom fil-Gvern. Għalhekk ħaġa waħda, il-pensjonanti żmienkhom fil-Gvern mhuma se jinsewh qatt.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Hekk kif komplja jsostni l-prinċipji soċjalisti kbar li jinkludi l-Baġit għall-2024, Dr Abela għamel aċċenna wkoll għal-ftehim ieħor favur żieda storika fil-paga minima. Ftehim li se jkompli wkoll jassigura aktar żidiet sal 2027.
“Mhux se tkun żieda biss fl-elfejn u għoxrin. Se nżiedu il-paga minina nazzjonali fl-2024, fl-2025, 2026, 2027. Erba’ snin ta’ żidiet konsekuttivi. Sħabi ta’ faċċata, għal kull sena li dammu fil-Gvern iffrizaw il-paga minima nazzjonali. Aħna għal kull sena tal-leġizlatura se nżiedu u nżiedu u nibqaw nżiedu il-paga minima. Kemm jien kburi b’dan il-patt soċjali. L-ikbar żieda li qatt ingħatat fil-paga minima. Bħal ma tajna l-aqwa żieda fic-Childrens Allowance. Qalilna li Gvern għajjien u bla enerġija. Mur ġibu kieku kellna l-enerġija, x’konna nagħmlu? Digà għidtlek drabi oħra Sur Kap tal-Oppożizzjoni, taqrax dak li jkunu kitbulek qabel biss inkunu ppreżentajna I-Baġit u meta ngħidlek taqrax ma jfissirx li flok il-karti tuza l-Ipad.”
Il-Prim Ministru Robert Abela
Madankollu b’rabta ma’ dan, il-Prim Ministru temm jgħid li dan il-Gvern fadallu l-ġid xi jwettaq għall-ġid tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Ġid li jwassal għal futur aħjar għal kulħadd.
“Dik hija l-formula ta’ suċċess ta’ dan il-moviment li huwa moviment soċjali progressiv, li huwa moviment li jemmen fin-nies, li huwa moviment li jpoġġi I-ġustizzja soċjali l-ewwel u qabel kollox. Kemm fadlilna x’inwettqu għall-ġid tal-familii u ta’ negozii tagħna.”
Għaliex sakemm nibqgħu sħabi u jien fil-kariga, għan wiehed se jkollna.
Li nibqgħu ntejbu l-qgħada tal-familji Għawdxin u Maltin.”
Il-Prim Ministru Robert Abela