Il-Gvern Malti għadda l-liġi li tirriggwardja r-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995.
Ħabbar dan il-Prim Ministru, Robert Abela, fuq Twitter fejn qal kif din ir-riforma se tkun qed tiggarantixxi stabbiltà u protezzjoni kemm għar-residenti kif ukoll ġustizzja għas-sidien tal-proprjetajiet.
Spjega kif din hi kisba importanti għall-Parlament Malti.
10,000 familja se jgawdu mir-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995.
Il-pensjonanti se jieħdu massimu ta’ €10,000 b’rabta ma’ din ir-riforma li ntlaqgħet minn bosta għaqdiet fosthom il-Caritas, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi l-MDA u l-Kamra tal-Periti u l-GWU.
L-Oppożizzjoni hija l-unika grupp li baqgħet iżolata fit-tmaqdir ta’ din ir-riforma li saret wara snin twal.
An important achievement in #Malta #Parliament. @MaltaGov passed the Controlled Residential Leases Reform Act which guarantees #stability and #protection to tenants and #justice to landlords – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) May 19, 2021