Matul il-pandemija, l-industrija tal-films baqgħet tiġbed lejn Malta investiment importanti.
Dan ġie nnutat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qed isegwi l-ġbid tal-film ‘Prizefighter: The Life of Jem Belcher.’
Dan hekk kif waqt il-pandemija ntefqu ħamsa u disgħin miljun ewro fuq produzzjonijet ta’ films f’pajjiżna.
Dr Abela qal kif dan hu xhieda tar-reżiljenza li wriet din l-industrija fl-aħħar xhur.
Waqt il-ġbid tal-film, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-attur ta’ fama internazzjonali, Russell Crowe.
Il-Prim Ministru awgura lil aktar minn mitejn ħaddiem Malti li qed jaħdem f’dan il-film u rringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ din l-industrija.
Preżenti mal-Prim Ministru kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Kummissarju għall-Films, Johann Grech.