“Kien wieħed mill-aktar diskorsi negattivi li qatt smajt u nieqes minn kull forma ta’ viżjoni għal pajjiżna. Għada se nuri kif il-Baġit 2024 joffri l-bażi għal Malta Ġusta.” Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru Robert Abela t-Tnejn filgħaxija rreaġixxa għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech b’rabta mal-Baġit 2024.
F’kumment li ta lill-ġurnalisti li nġabru quddiem il-Parlament, il-Prim Ministru wera biċ-ċar li Gvern Laburista, immexxi minnu, hu l-Gvern li joffri s-soluzzjonijiet għal-lum u li għandu l-viżjoni ta’ pajjiżna għall-għaxar snin li ġejjin.
Isma’ l-kumment tal-Prim Ministru: